11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2012 — YKK et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-448/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq għal żippijiet u ‘tipi oħra ta’ qafliet’ kif ukoll magni li jwaħħlu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Żidiet ikkoordinati fil-prezz, iffissar tal-prezzijiet minimi, qsim tal-klijentela u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali oħra - Ksur uniku u kontinwat - Prova - Natura u implementazzjoni tal-ksur - Impatt reali - Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni - Multi - Limitu massimu - Effett dissważiv tal-multa - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità)
2012/C 243/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: YKK Corp. (Tokyo, il-Ġappun); YKK Holding Europe BV (Sneek, il-Pajjiżi l-Baxxi); u YKK Stocko Fasteners GmbH (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn H. Kaneko u C. Verannemann, avukati, sussegwentement minn H. Kaneko, G. Williamson, solicitor, u N. Green, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u K. Mojzesowicz, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4257 finali, tad-19 ta’ Settembru 2007, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) (Kawża COMP/39.168 — PO/Artikoli tal-ħjata metalliċi u tal-plastik: Żippijiet), sa fejn hija tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti rispettivament fuqhom.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
YKK Corp., YKK Holding Europe BV u YKK Stocko Fasteners GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 23.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy