20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/39
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Mejju 2009 — Rotter vs UASI (Forma ta’ kompożizzjoni ta’ zalzett)
(Kawża T-449/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ kompożizzjoni ta’ zalzett - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)
2009/C 141/80
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Thomas Rotter (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Müller, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1415/2006-4) dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li jirrappreżenta kompożizzjoni ta’ zalzett bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
T. Rotter huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy