1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/46
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fit-12 ta’ Ġunju 2009 — Harwin International vs UASI — Cuadrado (Pickwick COLOUR GROUP)
(Kawża T-450/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva Pickwick COLOUR GROUP - Trade marks nazzjonali preċedenti PicK OuiC u PICK OUIC Cuadrado, S.A. VALENCIA - Talba għal prova tal-użu - Artikolu 56, paragrafi 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 180/85
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Harwin International LLC (Albany, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Przedorski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Cuadrado, SA (Paterna, Spanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta' Settembru 2007 (Każ R 1245/2006 2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cuadrado, SA u Harwin International LLC.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-10 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1245/2006-2) hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż inkorsi minn Harwin International LLC.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy