27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2010 — Nokia vs UASI — Medion (LIFE BLOG)
(Kawża T-460/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LIFE BLOG - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIFE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment”)
2010/C 51/59
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Nokia Oyj (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Tanhuanpää, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Medion AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P.-M. Weisse, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 141/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Medion AG u Nokia Oyj.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Nokia Oyj hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 23.2.2008
Full & Egal Universal Law Academy