28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — Visa Europe u Visa International Service vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-461/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-servizzi marbuta mal-aċċettazzjoni tat tranżazzjonijiet magħmula permezz ta’ karti ta’ kreditu jew ta’ debitu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-kompetizzjoni - Kompetitur potenzjali - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Terminu raġonevoli - Ċertezza legali - Drittijiet tad-difiża)
2011/C 160/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Visa Europe Ltd (Londra, Ir-Renju Unit); u Visa International Service Association (Wilmington, Delaware, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment S. Morris, QC, H. Davies u A. Howard, barristers, V. Davies u H. Masters, solicitors, sussegwentement S. Morris u P. Scott, solicitor, A. Howard, V. Davies u C. Thomas, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault, N. Khan u V. Bottka, sussegwentement N. Khan u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4471 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċeduri skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/D1/37.860 — Morgan Stanley/Visa International u Visa Europe), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni,
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Visa Europe Ltd u Visa International Service huma kkundannati għall-ispejjeż
(1) ĠU C 51, 23.02.2008.
Full & Egal Universal Law Academy