1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/47
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Ġunju 2009 — Korsch vs UASI (PharmaResearch)
(Kawża T-464/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PharmaResearch - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark”)
2009/C 180/86
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Korsch AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Grzam, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 924/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PharmaResearch bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Korsch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 23.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy