24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/25
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Settembru 2009 — Wella vs UASI (TAME IT)
(Kawża T-471/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali - Talba għal estensjoni territorjali tal-protezzjoni - Trade mark verbali TAME IT - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 256/46
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wella AG (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Klingberg, u K. Sandberg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 713/2007-2) fir-rigward ta’ estensjoni territorjali, fil-Komunità Ewropea, tal-protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali TAME IT.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Wella AG hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 51, 23.02.2008
Full & Egal Universal Law Academy