27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2010 — Enercon vs UASI — Hasbro (ENERCON)
(Kawża T-472/07) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ENERCON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TRANSFORMERS ENERGON - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 80/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Böhm u V. Henke, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hasbro, Inc. (Pawtucket, Rhode Island, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 959/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hasbro, Inc. u Enercon GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 79, 29.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy