6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/13
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni vs Berrisford
(Kawża T-473/07 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2005 - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Eżami komparattiv tal-merti - Obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni l-kwalità ta’ ‘riżerva’ tal-uffiċjal ikkonċernat”))
2009/C 129/22
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)
Appellat: Michael Berrisford (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avocat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-10 ta’ Ottubru 2007, Berrisford vs Il-Kummissjoni (F-107/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Michael Berrisford fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008
Full & Egal Universal Law Academy