22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Dow AgroSciences et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-475/07) (1)
(Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti - Sustanza attiva trifluralin - Nuqqas ta’ iskrizzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Rikors għal annullament - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Studju ġdid u studju komplimentari - Termini - Kunċett ta’ ‘riskju’ u ta’ ‘periklu’ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Abbozz ta’ rapport ta’ eżami mill-ġdid - Abbozz ta’ direttiv jew ta’ direttiva - Termini - Konsegwenzi ta’ eventwalità nuqqas ta’ osservazzjoni - Aspettativi leġittimi - Prinċiġju ta’ proporzjonalità - Deċiżjoni 1999/468/KE, imsejħa ‘komitoloġija’ - Regolament (KE) Nru 850/2004 - Artikolu 3(3) - Eċċezzjoni ta’ illegalità)
2011/C 311/61
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dow AgroSciences Ltd (Hitchin, ir-Renju Unit) u l-20 rikorrenti l-oħrajn li ismijiet huwa mniżżel fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629/KE, tal-20 ta’ Settembru 2007, dwar in-nuqqas ta’ iskrizzjoni tat-trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 255, p. 42)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Dow AgroSciences Ltd u l-20 rikorrenti l-oħrajn li ismijiet huwa mnizzel fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħho, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 51, 23.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy