16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Nynäs Petroleum u Nynas Petróleo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-482/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Kalkolu tal-ammont tal-multa)
2013/C 336/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nynäs Petroleum AB (Stokkolma, l-Isvezja); u Nynas Petróleo, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Beard, QC, u M. Dean, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u F. Castillo de la Torre, sussegwentement F. Castillo de la Torre u J. Bourke, u finalment F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
L-ammont tal-multa imposta fuq Nynas Petróleo, SA, fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], huwa stabbilit għal EUR 10 406 000, filwaqt li l-ammont tal-multa imposta fuq Nynäs Petroleum, AB, fl-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni, huwa stabbilit għal EUR 10 164 000.
(2)
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 51, 23.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy