7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2011 — Ford Motor vs UASI — Alkar Automotive (CA)
(Kawża T-486/07) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CA - Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti KA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ riskju ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 139/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ford Motor Company (Dearborn, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Ingerl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alkar Automotive, SA (Derio, Spanja) (rappreżentant: S. Alonso Maruri, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 85/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ford Motor Company u Alkar Automotive, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ford Motor Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 23.02.2008.
Full & Egal Universal Law Academy