13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Notartel vs UASI — SAT.1 (R.U.N.)
(Kawża T-490/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali R.U.N. - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti ran - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”)
2010/C 37/45
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Notartel SpA — Società informatica del Notariato (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Bosshard u M. Balestriero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Sempio, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: SAT.1 SatellitenFernsehen GmbH (Berlin, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1267/2006-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn SAT.1 SatellitenFernsehen Gmbh u Notartel SpA — Società informatica del Notariato.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Notartel SpA — Società informatica del Notariato hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy