26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2012 — CB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-491/07) (1)
(Kompetizzjoni - Deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi - Suq tal-ħruġ ta’ kards ta’ ħlas fi Franza - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tariffi applikabbli għal ‘min jidħol ġdid’ - Miżata tas-sħubija u mekkaniżmi hekk imsejħa ‘li jirregolaw il-funzjoni ta’ akkwist’ u ‘għal membri inattivi li jerġgħu jsiru attivi’ - Suq rilevanti - Suġġett tal-miżuri inkwistjoni - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni mis-suġġett - Artikolu 81(3) KE - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Proporzjonalità - Ċertezza legali)
2013/C 26/73
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Groupement des cartes bancaires (CB) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Georges, J. Ruiz Calzado u É. Barbier de La Serre, sussegwentement J. Ruiz Calzado u F. Pradelles, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault, O. Beynet u V. Bottka, sussegwentement minn O. Beynet, V. Bottka u B. Mongin, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: BNP Paribas (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. de Juvigny u D. Berg, avukati); BPCE, preċedentement Caisse nationale des caisses d’épargne et de prévoyance (CNCEP) (Pariġi) (rappreżentanti: B. Bär-Bouyssière u A. de Beaugrenier, avukati); u Société générale (Pariġi) (rappreżentanti: A. Barav u D. Reymond, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5060 finali, tas-17 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) (COMP/D1/38.606 — Groupement des cartes bancaires “CB”).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Groupement des cartes bancaires “CB” għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Il-BPCE, BNP Paribas u s-Société générale għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy