20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/39
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ April 2009 — Sanchez Ferriz et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-492/07 P) (1)
(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2005 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ uffiċjali promossi - Rati ta’ moltiplikazzjoni ta’ referenza - Artikoli 6 u 10 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Interess li jiġi invokat aggravju”)
2009/C 141/81
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Carlos Sanchez Ferriz (Brussell, il-Belġju) u d-disa’ uffiċjali l-oħra tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)
Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2007, Sanchez Ferriz et vs Il-Kummissjoni (F-115/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
C. Sanchez Ferriz u d-disa’ uffiċjali oħra tal-Kummissjoni li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tas-sentenza għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kumissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008
Full & Egal Universal Law Academy