16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Repsol Lubricantes y Especialidades et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-496/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni - Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet - Drittijiet tad-difiża - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Awtorità ta’ res judicata)
2013/C 336/28
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, li kienet Repsol Lubricantes YPF y Especialidades, SA (Madrid, Spanja); Repsol Petróleo, SA (Madrid); u Repsol, SA, li kienet Repsol YPF, SA (Madrid) (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, J. Buendía Sierra, M. Muñoz de Juan u Á. Givaja Sanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
It-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea intiżi għal żieda tal-ammont tal-multa huma miċħuda.
(3)
Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, Repsol Petróleo, SA u Repsol, SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy