16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — CEPSA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-497/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni - Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet - Traduzzjoni tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ imparzjalità - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Awtorità ta’ res judicata)
2013/C 336/29
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Compañía Española de Petróleos (CEPSA), SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment O. Armengol i Gasull, P. Pérez-Llorca Zamora u Á. Pascual Morcillo, sussegwentement O. Armengol i Gasull u J. Rodríguez Cárcamo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit inizjalment minn J. Rivas Andrés, avukat, u minn M. Heenan Bróna, solicitor, sussegwentement minn J. Rivas Andrés u J. Gutiérrez Gisbert, avukat, u finalment minn J. Rivas Andrés)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
It-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammont tal-multa huma miċħuda.
(3)
Compañía Española de Petróleos (CEPSA), SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy