26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/14
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2009 — Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża T-498/07 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Perijodu ta’ prova - Estensjoni tal-perijodu ta’ prova - Rapport ta’ tmiem il-perijodu ta’ prova - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”)
2009/C 233/23
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Erika Krcova (Trnava, is-Slovakja) (rappreżentant: J. Rooy, avukat)
Appellata: Il-Qorti tal-Ġustizzja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Schauss, sussegwentament minn A. V. Placco, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tat-18 ta’ Ottubru 2007, Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, (F-112/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Erika Krcova għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 209, 15.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy