2.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2011 — IIC Intersport International vs UASI — McKenzie (McKENZIE)
(Kawża T-502/07) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċediment ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva McKENZIE - Trade marks Komunitarji figurattivi u verbali preċedenti McKINLEY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 194/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IIC-Intersport International Corporation GmbH (Ostermundigen, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Steinhauser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The McKenzie Corp. Ltd (Ponteland Village, Newcastle Upon Tyne, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Alexander, QC, R. Kempner u O. M. Delafaille, solicitors)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1425/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The McKenzie Corporation Ltd u IIC — Intersport International Corp. GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
IIC — Intersport International Corp. GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 23.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy