30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/43
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Lulju 2008 — Polimeri Europa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-12/07) (1)
(“Mhemmx lok għal deċiżjoni’)
(2008/C 223/73)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Polimeri Europa SpA (Brindisi, L-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, F. Moretti u L. Nascimbene, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci, F. Amato u V. Bottka, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Manufacture Française des Pneumatiques Michelin (rappreżentanti: S. Kon u L. Farell, avukati)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/F/2/1095, tas-6 ta' Novembru 2006, meħud fil-kuntest ta' proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (COMP/F/38.638 — BR/ESBR), li tiġi trażmessa lill-kumpannija Manufacture Française des Pneumatiques Michelin, ammessa għall-proċedura amministrattiva bħala parti terza interessata, il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, tas-6 ta' April 2006, indirizzata lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Mhemmx iktar lok għal deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Polimeri Europa SpA hija kkundannata tħallas, barra mill-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni u ta' Manufacture Française des Pneumatiques Michelinfil-kuntest ta' din il-proċedura, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy