5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/35
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Mejju 2008 — Kronberger vs Il-Parlament
(Kawża T-18/07) (1)
(“Rikors għal annullament - Att li jikkonċerna l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew - Terminu sabiex jitressaq rikors - Nuqqas ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Inammissibbiltà’)
(2008/C 171/64)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hans Kronberger (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Weh, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, N. Lorenz u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2005 li tiċħad bħala infondata l-kontestazzjoni tar-rikorrent dwar l-elezzjoni ta' Andreas Mölzer bħala deputat fil-Parlament Ewropew, ippreżentata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Hans Kronberger huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 69, 24.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy