18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/10
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Mejju 2009 — US Steel Košice vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-22/07) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Att ta’ adeżjoni - Kundizzjoni imposta fuq il-benefiċjarju li jnaqqas il-bejgħ tiegħu ta’ prodotti ċatti fl-‘Unjoni Estiża’ - Ittra tal-Kummissjoni li tinterpreta l-kundizzjoni bħala applikabbli għas-suq Bulgaru u Rumen mid-data tal-adeżjoni tagħhom - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)
2009/C 167/21
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: US Steel Košice s.r.o. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: E. Vermulst u S. Van Cutsem, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u T. Scharf, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: J. Čorba, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2006, sa fejn din tinterpreta l-kundizzjoni imposta fuq ir-rikorrenti li tnaqqas il-bejgħ tagħha ta’ prodotti ċatti fl-“Unjoni Estiża” bħala li tapplika wkoll, mill-1 ta’ Jannar 2007, għas-suq Bulgaru u Rumen.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
US Steel Košice s.r.o. hija kkundannata sabiex tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
3)
Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 56, 10.03.2007
Full & Egal Universal Law Academy