8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/41
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Serviço Intermunicipalizado de Gestão de Resíduos do Grande Porto (Lipor) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-26/07) (1)
(“Rikors għal annullament - Fond ta' Koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Nuqqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)
(2008/C 285/76)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Serviço Intermunicipalizado de Gestão de Resíduos do Grande Porto (Lipor) (Baguim do Monte, il-Portugall) (rappreżentanti: P. Moura Pinheiro, M. Gorjão Henriques u F. Quintela, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u A. Weimar, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5008, tas-17 ta' Ottubru 2006, dwar tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond ta' Koeżjoni għal ċerti proġetti li jikkonċernaw l-installazzjoni ta' impjant ta' inċinerazzjoni għat-tneħħija tal-iskart domestiku fir-Reġjun ta' Porto.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Serviço Intermunicipalizado de Gestão de Resíduos do Grande Porto (Lipor) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal- Kummissjoni.
(1) ĠU C 82, 17.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy