23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/12
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2012 — Movimondo Onlus vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-52/07) (1)
(Kooperazzjoni fl-iżvilupp - ECHO - EuropeAid - Esklużjoni tal-kuntratti u sussidji ffinanzjati mill-baġit Komunitarju u mill-FEŻ - Likwidazzjoni u waqfien ta’ attività tal-organizzazzjoni umanitarja - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 184/22
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Movimondo Onlus — Organizzazione non governativa di cooperazione e solidarietà internazionale (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Vitali, G. Verusio, G. M. Roberti u A. Franchi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin, C. Hermes u F. Moro, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5802 finali, tal-1 ta’ Diċembru 2006, li timponi sanzjoni amministrattiva fuq l-organizzazzjoni mhux governattiva (ONG) Movimondo Onlus — Organizzazione non governativa di cooperazione e solidarietà internazionale.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
(2)
Movimondo Onlus — Organizzazione non governativa di cooperazione e solidarietà internazionale u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 82, 14.04.2007.
Full & Egal Universal Law Academy