12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2011 — Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-54/07) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Telekomunikazzjonijiet - Taxxa fuq beni immobbli tal-impriżi fir-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)
2011/C 80/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vtesse Networks Ltd (Hertford, Hertforsdshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: H. Mercer, barrister, u J. Ballard, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u H. Van Vliet, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: AboveNet Communications UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit); Gamma Telecom Ltd (Newbury, Berkshire, ir-Renju Unit); u VTL (UK) Ltd (Egham, Surrey, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Forrester, QC, C. Arhold u K. Struckmann, avukati)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: British Telecommunications plc (Londra) (rappreżentanti: G. Robert u C. Berg, solicitors); u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, aġent, assistit minn C. Vajda, QC, u T. Morshead, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/951/KE, tat-12 ta’ Ottubru 2006, dwar l-applikazzjoni lir-Renju Unit tat-taxxa fuq il-beni immobbli tal-impriżi fis-settur tat-telekomomunikazzjonijiet fir-Renju Unit [C-4/2005 (ex NN 57/2004, ex CP 26/2004)] (ĠU L 383, p. 70).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Vtesse Networks Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, AboveNet Communications UK Ltd, Gamma Telecom Ltd, VTL (UK) Ltd u l-British Telecommunications plc għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 82, 14.04.2007.
Full & Egal Universal Law Academy