2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/24
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ġunju 2008 — Bligny vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-127/07 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Kundizzjonijiet ta' ammissjoni - Nuqqas ta' ammissjoni għall-korrezzjoni ta' l-eżami bil-miktub - Avviż tal-kompetizzjoni - Att ta' kandidatura inkomplet - Prova taċ-ċittadinza - Appell manifestament infondat’)
(2008/C 197/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Francesco Bligny (Tassin-la-Demi-Lune, Franza) (rappreżentant: P. Lebel-Nourissat, avocat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-15 ta' Frar 2007, Bligny vs Il-Kummissjoni (F-142/06 u F-142/06 AJ, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Gabra), intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Francesco Bligny għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni.
(1) ĠU C 140, 23.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy