7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/25
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Portela vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-137/07) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kummerċjalizzazzjoni ta' termometri diġitali difettużi bil-marka ‘CE’ - Nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni - Rabta kawżali - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt’)
(2009/C 55/46)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Portela — Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares, Lda, (Queluz, il-Portugall) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u B. Schima, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi obbligata taġixxi skont l-Artikolu 14b tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, p. 1) kif emendata bid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998, dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, p. 1), billi tordna lill-kumpannija ta' ċertifikazzjoni TÜV Rheinland Product Safety GmbH, permezz tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tinvoka, favur ir-rikorrenti, l-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbilta ċivili li din il-kumpannija talbet taħt il-punt 6 tal-Anness XI tad-Direttiva 93/42, u, jekk l-allegata ħsara subita ma tistax tiġi rimedjata permezz tat-talba prinċipali, sussidjarjament, talba għal-kumpens tal-ħsara li r-rikorrenti subiet minħabba d-diversi ommissjonijiet tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Portela — Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares, Lda, hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy