24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/29
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ottubru 2008 — SC Gerovital Cosmetics vs UASI — SC Farmec (GEROVITAL H3 Prof. Dr. A. Aslan)
(Kawża T-163/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Revoka ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni’)
(2009/C 19/56)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SC Gerovital Cosmetics SA (Ilfov County, ir-Rumanija) (rappreżentant: D. Boștină, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: SC Farmec SA (Cluj Napoca, ir-Rumanija) (rappreżentanti: G. Turcu u M. Rosu, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta' Frar 2007 (Każ R 271/2006-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn SC Farmec SA u SC Gerovital Cosmetics SA.
Dispożittiv
1)
Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
SC Gerovital Cosmetics SA u SC Farmec SA huma t-tnejn ikkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom u nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 18, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy