21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/46
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Longevity Health Products vs UASI — Hennig Arzneimittel (Cellutrim)
(Kawża T-169/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Cellidrin - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment nieqes minn kull bażi fid-dritt’)
(2009/C 44/81)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Hennig Arzneimittel GmbH & Co. KG (Flörsheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Ziegler, C. Kleiner u F. Dehn, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Marżu (kawża R 1123/2006-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Celltech Pharma GmbH u Co. KGT, Hennig Arzneimittel GmbH & Co. KG u Longevity Health Products, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy