19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/20
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Ġunju 2008 — Atlantic Dawn et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-172/07) (1)
(“Rikors għal annullament - Kwoti ta' ħut - Regolament (KE) Nru 2371/2002 - Nuqqas ta' inċidenza diretta - Inammissibbiltà’)
(2008/C 183/42)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Atlantic Dawn Ltd (Killybegs, Donegal, l-Irlanda); Antarctic Fishing Co. Ltd (Killybegs, Donegal); Atlantean Ltd (Killybegs, Donegal); Killybegs Fishing Enterprises Ltd (Killybegs, Donegal); Doyle Fishing Co. Ltd (Killybegs, Donegal); Western Seaboard Fishing Co. Ltd (Killybegs, Donegal); O'Shea Fishing Co. Ltd (Killybegs, Donegal); Aine Fishing Co. Ltd (Burtonport, Donegal); Brendelen Ltd (Greencastle, Donegal); Cavankee Fishing Co. Ltd (Greencastle, Donegal); Ocean Trawlers Ltd (Killybegs, Donegal); Eileen Oglesby (Burtonport, Donegal); Noel McGing (Killybegs, Donegal); Mullglen (Dublin, l-Irlanda); Bradan Fishing Co. Ltd (Sligo, Sligo, l-Irlanda); Larry Murphy (Castletownbere, Cork, l-Irlanda); Pauric Conneely (Claregalway, Galway, l-Irlanda); Thomas Flaherty (Kilronan, Aran Islands, Galway); Carmarose Trawling Co. Ltd (Killybegs, Donegal); Colmcille Fishing Ltd (Killybegs, Donegal) (rappreżentanti: G. Hogan, SC, N. Travers, T. O'Sullivan, BL, u D. Barry, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: K. Banks, aġent)
Parti intervenjenti in sostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)
Suġġett
Talba għal annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jadatta ċerti kwoti ta' ħut mill-2007 sa l-2012 skond l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 46, p. 10)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli
2)
Ir-rikorrenti, Atlantic Dawn Ltd et, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
3)
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy