7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/35
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Novembru 2008 — Fastweb vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-188/07) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Sussidju għax-xiri ta' decoders diġitali - Telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Deċiżjoni adottata fil-mori tal-kawża, mill-Istat Membru, li ma jirkuprax l-għajnuna mingħand l-impriża, li qiegħda tikkontesta deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta' rikors għal annullament - Tneħħija tal-interess ġuridiku - M'hemmx lok għal deċiżjoni’)
(2009/C 32/66)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Fastweb SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola u T. Ubaldi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Martenczuk, G. Conte u E. Righini, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Sky Italia Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. González Díaz u D. Gerard, avukati); u Centro Europa 7 Srl (Ruma) (rappreżentanti: R. Mastroianni, F. Ferraro u M. Condinanzi, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/374/KE, tal-24 ta' Jannar 2007 dwar għajnuna mill-Istat C 52/2005 (ex NN 88/2005, ex CP 101/2004) li ġiet implementata mir-Repubblika Taljana bis-sussidju għax-xiri ta' decoders diġitali
Dispożittiv
1)
M'għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy