22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/37
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Settembru 2008 — Dyckerhoff Polska vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-196/07) (1)
(Rikors għal annullament - Direttiva 2003/87/KE - Sistema ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet - Kompetenza tal-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta' emissjoni - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà)
(2008/C 301/62)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Dyckerhoff Polska sp. z o.o. (Sitkówka-Nowiny, il-Polonja) (rappreżentanti: P. K. Rosiak u F. Puel, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1295 finali, tas-26 ta' Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Dyckerhoff Polska sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy