6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/29
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2011 — Eurallumina vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-207/07 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)
2011/C 232/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eurallumina SpA (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: L. Martin Alegi u R. Denton, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/375/KE, tas-7 ta’ Frar 2007, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati bħala karburant għal produzzjoni tal-alumina f[ir-reġjun] ta’ Gardenne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2004 [C 78/2001 (ex NN 22/01), C 79/2001 (ex NN 23/01), C 80/2001 (ex NN 26/01)] (ĠU L 147, p. 29), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy