7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/26
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Gaedertz vs UASI — Living Byte Software (GlobalRemote)
(Kawża T-209/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Revoka tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)
(2009/C 55/47)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Johann-Christoph Gaedertz (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. M. Gerstenberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B.Schmidt, aġent)
Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Living Byte Software GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Freifrau von Welser, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' April 2007 (Każ R 272/2005-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Johann-Christoph Gaedertz u Living Byte Software GmbH.
Dispożittiv
1)
Mhemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Ir-rikorrent u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.
3)
Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy