12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/16
Digriet ta' l-Imħallef għal proċeduri sommarji tal-15 ta' Novembru 2007 — Donnici vs Il-Parlament
(Kawża T-215/07 R)
(“Proċedura sommarja - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew - Verifika tal-kredenzjali ta' l-eletti - Invalidità ta' mandat parlamentari li tirriżulta mill-applikazzjoni tad-dritt elettorali nazzjonali - Talba għal sospenżjoni ta' l-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Fumus boni juris - Urġenza - Tweżin ta' l-interessi’)
(2008/C 8/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Beniamino Donnici (Castrolibero, l-Italja) (rappreżentanti: M. Sanino, G.M. Roberti, I. Perego u P. Salvatore, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, N. Lorenz u A. Caiola, aġenti)
Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Iintervenjent in sostenn tal-konvenuta: Achille Occhetto (Ruma, L-Italja) (rappreżentanti: P. De Caterini u F. Paola, avukati)
Suġġett
Talba għas-sospenżjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007, dwar il-verifika tal-kredenzjali ta' Beniamino Donnici [2007/2121(REG)], sakemm il-Qorti tal-Prim'Istanza tkun iddeċidiet fuq ir-rikors fil-kawża prinċipali.
Dispożittiv
1)
L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007, dwar il-verifika tal-kredenzjali ta' Beniamino Donnici [2007/2121(REG)], hija sospiża.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy