23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/43
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007 — Donnici vs Il-Parlament
(Kawża T-215/07) (1)
(“Astensjoni’)
(2008/C 51/80)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Beniamino Donnici (Castrolibero, l-Italja) (rappreżentanti: M. Sanino, G.M. Roberti, I. Perego u P. Salvatore, avvocati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, N. Lorenz u L. Visaggio, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar il-verifika tas-setgħat ta' Beniamino Donnici [2007/2121(REG)] li tiddikjara bħala invalidu l-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew tiegħu.
Dispożittiv
1)
Il-Qorti tal-Prim'Istanza tastjeni milli tieħu konjizzjoni tal-kawża T-215/07 favur il-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex din ta' l-aħħar tkun tista' tiddeċiedi t-talba għal annullament.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 183 ta' l-4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy