19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/21
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Mejju 2008 — Transports Schiocchet — Excursions vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-220/07) (1)
(“Rikors għad-danni - Terminu ta' preskrizzjoni - Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà’)
(2008/C 183/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Transports Schiocchet — Excursions SARL (Beuvillers, Franza) (rappreżentant: D. Schönberger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-F. Pasquier u N. Yerrell, aġenti)
Suġġett
Talba għal kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara diversi allegati illegalitajiet li huma akkużati bihom l-istituzzjonijiet Komunitarji.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Transports Schiocchet — Excursions SARL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy