7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/26
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Thierry vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-223/07 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2004 - Ċaħda ta' talba għas-smigħ ta' xhud - Appell manifestament inammissibbli’)
(2009/C 55/48)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Michel Thierry (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-16 ta' April 2007, Thierry vs Il-Kummissjoni (F-82/05, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u li għandu bħala għan l-annullament ta' dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Michel Thierry għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni marbuta ma' din l-istanza.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy