4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/24
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Frar 2009 — Vitro Coprorativo vs UASI– Vallon (√)
(Kawża T-229/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)
(2009/C 82/42)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Vitro Coprorativo, SA de CE (Nuevo Leon, il-Messiku) (rappreżentant: J. Botella Reina, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. López Fernández de Corres, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Vallon GmbH (Horb, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Novembru 2006 (Każ R 1363/2005-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Vitro Coprorativo SA de CV u Vallon GmbH
Dispożittiv
1)
M'hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni għar-rikors.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy