24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/33
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Marzu 2008 — Lebedef-Caponi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-233/07) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2004 - Appell manifestament infondat’)
(2008/C 128/72)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Maddalena Lebedef-Caponi (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Krämer u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta' April 2007, Lebedef-Caponi vs Il-Kummissjoni (F-71/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), huwa intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
M. Lebedef-Caponi għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy