5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/36
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Mejju 2008 — Pathé Distribution vs L-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura
(Kawża T-239/07) (1)
(Klawsola ta' arbitraġġ - Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
(2008/C 171/67)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Pathé Distribution SAS (Paris, Franza) (rappreżentant: P. Deprez, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (rappreżentanti: H. Monet, aġent, assistit minn J.-L. Fagnart, avukat)
Suġġett
Minn naħa, rikors għall-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura tat-8 ta' Mejju 2007, li xxolji l-kuntratt 2006-0912-0304D1021001FD1507), u min-naħa l-oħra, talba għall-kundanna ta' l-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura sabiex tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 9 737 in eżekuzzjoni ta' l-imsemmi kuntratt.
Dispożittiv
1)
M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
L-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy