20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/26
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Ottubru 2008 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża T-257/07 R II)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorj - Saħħa tal-annimali - Regolament (KE) Nru 999/2001 - Eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered - Regolament (KE) Nru 746/2008 - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi’)
(2008/C 327/48)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, R. Loosli-Surrans, A.-L. During u G. de Bergues, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Nolin u A. Bordes, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008 tas-17 ta' Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 202, p. 11), safejn dan jintroduċi, fil-Kapitolu A ta' dan l-anness VII, il-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4.
Dispożittiv
1)
L-applikazzjoni tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008 tas-17 ta' Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered, hija sospiża sakemm tingħata deċiżjoni fil-proċedura prinċipali, u dan safejn jintroduċi, fil-Kapitolu A tal-anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001, il-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy