4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/39
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ April 2009 — Tailor vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ but tal-lemin)
(Kawża T-283/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Talba għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta but tal-lemin - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Rikors li huwa manifestament infondat fid-dritt”)
2009/C 153/76
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Tom Tailor GmbH (Ħamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S.O. Gillert, K. Vanden Bossche u F. Schiwek, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, agent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Mejju 2007 (Każ R 668/2006-1) dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta but tal-lemin bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
2)
Tom Tailor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy