26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/45
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Diċembru 2007 — Cheminova et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-326/07 R)
(“Proċedura Sommarja - Direttiva 91/414/KEE - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza’)
(2008/C 22/84)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cheminova A/S (Harboøre, id-Danimarka); Cheminova Agro Italia Srl (Ruma, l-Italja); Cheminova Bulgaria EOOD (Sofia, il-Bulgarija); Agrodan, SA (Madrid, Spanja); u Lodi SAS (Grand-Fougeray, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u L. Parpala, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni 2007/389/KE tal-Kummissjoni, tas-6 ta' Ġunju 2007, dwar in-non-inklużjoni tal-malathion fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 146, p. 19), sakemm tingħata s-sentenza fil-kawża prinċipali.
Dispożittiv
1)
It-talba għal proċedura sommarja hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy