21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/17
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' April 2008 — PubliCare Marketing Communications GmbH vs L-UASI (Publicare)
(Kawża T-358/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Publicare - Terminu sabiex jitressaq rikors - Każ aċċidentali - Żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta’)
(2008/C 158/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: PubliCare Marketing Communications GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Mohr, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-27 ta' Ġunju 2007 (Każ R 157/2007-4) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Publicare bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PubliCare Marketing Communicatons GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 283 ta' l-24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy