11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/13
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — Traxdata France vs UASI — Ritrax (TRAXDATA, TEAM TRAXDATA)
(Kawża T-365/07) (1)
(Trade mark Komunitarja - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ azzjoni mir-rikorrenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 39/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Traxdata France SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment F. Valentin, B. Amaudric du Chaffaut u G. Courtois, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ritrax Corporation Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. H. Blair, M. J. Gilbert, S. S. Malynicz u C. A. N. Balme, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Mejju 2007, (Kawżi magħquda R 1337/2005-1, R 1338/2005-1, R 1339/2005-1 u R 1340/2005-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ritrax Corporation Ltd u Traxdata France SARL.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
(2)
Traxdata France SARL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy