23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/43
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2007 — Dow AgroSciences et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-367/07 R)
(“Proċedura sommarja - Direttiva 91/414/KEE - Talba għal sospenżjoni ta' l-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza’)
(2008/C 51/81)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dow AgroSciences Ltd (Hitchin, Hertforshire, ir-Renju Unit); Dow AgroSciences BV (Hoek, l-Olanda); Dow AgroSciences Danmark A/S (Kongens Lyngby, id-Danimarka); Dow AgroSciences GmbH (Munich, il-Ġermanja); Dow AgroSciences (Mougins, Franza); Dow AgroSciences Export (Mougins); Dow AgroSciences Hungary kft (Budapest, l-Ungerija); Dow AgroSciences Italia Srl (Milan, l-Italja); Dow AgroSciences Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja); Dow AgroSciences Distribution (Mougins); Dow AgroSciences Iberica, SA (Madrid, Spanja); Dow AgroSciences s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka); Dow AgroSciences LLC (Indianapolis, Indiana, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u L. Parpala, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għal sospenżjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2007/437/KE tal-Kummissjoni, tad-19 ta' Ġunju 2007, rigward in-nuqqas ta' inklużjoni tal-haloxyfop-R fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 163, p. 22) sakemm tingħata s-sentenza fil-kawża prinċipali.
Dispożittiv
1)
It-talba għal proċedura sommarja hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy