6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/34
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ottubru 2008 — Kaloudis vs UASI — Fédération française de tennis (RolandGarros SPORTSWEAR)
(Kawża T-380/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva RolandGarros SPORTSWEAR - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Roland Garros - Ħlas tardiv tal-ispejjeż tal-appell - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell daqslikieku ma sarx’)
(2008/C 313/61)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Dimitrios Kaloudis (Dassia, il-Greċja) (rappreżentant: G. Kaloudis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Fédération française de tennis (FFT) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' Lulju 2007 (Każ R 876/2006-4) relattiva għal proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn il-Fédération française de tennis (FFT) u Dimitrios Kaloudis.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud in parti bħala manifestament infondat u in parti bħala manifestament inammissibbli.
2)
Dimitrios Kaloudis huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy