10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/30
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Novembru 2008 — Union nationale de l'apiculture française et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-403/07) (1)
(“Rikors għal annullament - Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti - Direttiva 2007/52/KE - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà’)
(2009/C 6/62)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Union nationale de l'apiculture française (Pariġi, Franza); Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV (Utting am Ammersee, il-Ġermanja); Unione nazionale associazioni apicoltori italiani (Unaapi) (Castel Sanpietro Terme, l-Italja); u Asociación Galega de Apicultura (AGA) (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentant: B. Fau, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Nolin u B. Doherty, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE tas-16 ta' Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-ethoprophos, il-pirimiphos-methyl u l-fipronil bħala sustanzi attivi (ĠU L 214, p. 3).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent.
3)
Union nationale de l'apiculture française, Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV, Unione nazionale associazioni apicoltori italiani u Asociación Galega de Apicultura għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 8, 12.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy