17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/40
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2010 — Il-Kummssjoni vs CdT
(Kawża T-456/07) (1)
(“Rikors għal annullament - Skema tal-pensjoni Komunitarja - Obbligu tas-CdT li jħallas kontribut għas-snin tal-baġit 1998 sa 2005 - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att li ma jipproduċiex effetti legali fir-rigward ta’ terzi - Inammissibbiltà manifesta”)
2010/C 100/62
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummssjoni Ewropea (rappreżentanti: J.- F. Pasquier u D. Martin, aġenti)
Konvenut: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Vandersanden, sussegwentement minn L. Levi, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni li biha s-CdT irrifjuta li jħallas lill-baġit ġenerali, għas-snin tal-baġit 1998 sa 2005, kontribut li jirrappreżenta l-parti tal-finanzjament tal-iskema tal-pensjoni Komunitarja li taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ min iħaddem.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manisfestament inammissibbli.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 190, 12.8.2006 (li kienet Kawża C-269/06).
Full & Egal Universal Law Academy